Lokali

AĠĠORNATA: Il-vann f’Ta’ Xbiex intuża għal dokumenti ta’ kumpanija oħra

Wara li aktar kmieni kien rappurtat u anke dehru filmat ta’ vann tax-shredding quddiem il-Bank Pilatus, Net News issa jista’ jikkonferma li l-vann intuża għal dokumenti ta’ kumpanija oħra.

Aktar kmieni …

Bħalissa quddiem il-Bank Pilatus f’Ta’ Xbiex hemm vann tax-shredding. Mhux konfermat sa issa jekk il-vann jinsabx quddiem il-Bank biex joffri servizzi l-Bank Pilatus li bħalissa huwa fiċ-ċentru flimkien ma’ Joseph Muscat dwar l-allegazzjonijiet tal-kumpanija Egrant.

Il-Bank Pilatus intuża biex saru tranżazzjonijiet fil-kumpanija Egrant li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia allegat li hija tal-mara ta’ Joseph Muscat.

Il-Ħamis li għadda wara li ħarġet din l-aħbar, tard bil-lejl is-sid tal-Bank u ċ-chief risk officer inqabdu ħerġin mill-emergency exit tal-uffiċċju tal-Bank bil-bagalji fidejhom.