L-All Wheel Drive club organizza attivita bl-isem ta’ Bedrock Offroad Challenge fil-barriera propjeta tal-Blocrete fil-limiti tan-Naxxar.
Numru sabih vetturi ħadu sehem f’zewg klassijiet separati fi sfida ta off-road estrem.
L-aħwa Josef u Stefan Borg Grech rebħu din l-isfida b’mija u tmien punti .
Warajhom b’distakk minimu ta’ zewg punti dahal Neville Ciantar u ibnu Lee b’mija u sitt punti.
Fit-tielet post dahlu Robert Caruana u Malcolm Vella li temmew il-kompetizzjoni b’sebgha u disghajn punt.
It-tieni klassi dik ghal-karozzi tat-triq intrebħet minn Brandon Cassar u Thomas Galea, segwiti minn Pierre Tanti u David Xuereb filwaqt li fit-tielet post dahlu l-koppja Ryan Farrugia u Daniel Debono.