Futbol Sport

Ched Evans mistenni jerġa’ jilgħab ma’ Sheffield United

Ched Evans

Il-plejer minn Wales Ched Evans mistenni jerġa’ jilgħab mal-eksklabb tiegħu Sheffield United, ħames snin wara li kien tneħħa mill-klabb stess minħabba li kien akkużat bi stupru.

Fit-tieni ġuri, fl-2016, li sar wara appell, Evans ma kien instab ħati li stupra tfajla ta’ 19-il sena f’kamra ta’ lukanda.

L-attakkant ta’ Chesterfield kien mixli li attakka lil mara f’kamra tal-lukanda f’Wales f’Mejju tal-2011.
Fl-2012, Evans li għandu kien l-ewwel instab ħati mill-Qorti ta’ Caernarfon Crown. Madankollu huwa ma nstabx ħati tal-istess akkuża mill-Qorti ta’ Cardiff Crown.

Il-ġurija li kienet magħmula minn seba’ nisa u ħamest irġiel ħadet biss sagħtejn biex tagħti l-verdett tagħha u tilliberah minn kull akkuża. Il-ġuri dam għaddej ġimgħa.

Wara erba’ snin ma jilgħabx hu kien iffirma kuntratt mat-tim ta’ League One Chesterfield fejn magħhom, f’29 logħba skurja seba’ gowls. Fl-istaġun ta’ qabel hu skurja 35 gowl u t-tim kien ferm viċin li jikseb pormozzjoni għal The Championship imma dan l-istaġun is-sitwazzjoni hi ferm differenti.

Issa la darba jidher li Chesterfield se jkunu relegati, rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li Evans se jiffirma kuntratt ma’ Sheffield United. Evans tilef l-aħħar 10 partiti ma’ Chesterfield minħabba injury.
Il-plejer li llum-il ġurnata għandu 28 sena se jiffirma kuntratt ta’ tliet snin u se jkollu salarju li hu erba’ darbiet aktar minn dak li qed jirċievi bħalissa. Minn naħa tagħhom Sheffield mistennija jħallsu £500,000.

Ta’ min jiftakar li fil-passat it-tim Malti ta’ Hibs kien interessat fis-servizzi ta’ Cevans. Dan wassal ukoll għal reazzjoni mill-Prim Ministru Joseph Muscat li fuq tweeter kiteb li l-plejers tal-futbol huma ‘role models’ u li Hibs iridu jifhmu sew li d-deċiżjoni tagħhom tista’ tirrifletti fuq il-pajjiż.

Wera t-tama li t-tmexxija ta’ Hibs tifhem dan ċar qabel ma tieħu deċiżjoni finali.