Xufier ta’ Taxi, Antonio Frendo ta’ 69 sena ngħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs u multa ta’ €950 wara li nstab bil-pussess tar-raża tal-kannabis li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Frendo, minn Birkirkara, kien akkużat li f’Diċembru tal-2009 kellu raża tal-kannabis moħbija fit-taxi li kien qed isuq. Filfatt, kien lejliet l-ewwel tas-sena tal-2009 meta l-Pulizija wettqet tfittxija fil-karozza tiegħu li kienet f’Paceville. Mit-tfittxija rriżulta li Frendo kien qed jaħbi raża tal-kannabis fejn it-tapp tal-petrol. Apparti minn hekk, instabulu wkoll ammont ta’ flus kontanti.
Dalgħodu fil-Qorti, l-akkużat qal li d-droga li kellu fil-pussess tiegħu kienet għall-użu personali tiegħu iżda minħabba l-inkonsistenza fil-verżjonijiet tiegħu waqt ix-xhieda, il-Qorti qalet li Frendo mhux kredibbli. Apparti minn hekk, il-Qorti ħadet kunsidrazzjoni l-fatt li l-ammont ta’ droga li kellu kien wieħed kbir u li kien maqsum f’biċċiet u mgeżwrin separatament, lesti sabiex jinbigħu liż-żgħażagħ.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li kienet qed tmexxi din il-kawża qalet li din ma kinitx l-ewwel darba li Frendo kiser il-liġi.
//= $special ?>