Kollox jindika li fil-jiem li ġejjin, anke fid-dawl tal-kriżi politika u kostituzzjonali li jinsab fiha l-pajjiż, l-Prim Ministru jsejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija. Tant hu hekk li netnews.com.mt jista’ jikkonferma li diġà beda x-xogħol fi ħdan id-Dipartiment tal-Informazzjoni b’rabta mal-elezzjoni ġenerali.
Email li għandu f’idejh dan is-sit tindika li l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni sejħu għal laqgħa urġenti numru ta’ ħaddiema biex matulha jiġi diskuss ir-rwol tal-istess ħaddiema fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ħamis fis-14:00.
Din l-email tikkonferma dak żvelat minn The Malta Independent on Sunday fil-jiem li għaddew li kienet qalet li l-Prim Ministru qed jikkonsidra li jħabbar elezzjoni bikrija, u dan qabel il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia żvelat li s-sid tal-kumpanija Egrant hi l-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat u li fil-kont ta’ din il-kumpanija ġew trasferiti aktar minn miljun ewro mill-kont tat-tifla tal-President tal-Ażerbajġan.
//= $special ?>