Il-paniku li jinsabu fih il-Ministri tal-Gvern Laburista dwar l-iskandlu tal-Panama u l-iżviluppi dwar il-kumpanija Egrant hu evidenti tant li ġurnalisti kienu mxekkla biex jagħmlu l-mistoqsijiet kollha tagħhom.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Chirs Cardona minflok wieġbu mistoqsijiet dwar passi ittieħdu mill-FIAU kontra ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri li kiser il-liġi b’evażjoni ta’ taxxa, telqu mill-post fost il-protesti tal-ġurnalisti preżenti.
Sadattant aktar kmieni il-Ministru Chris Cardona ipprova jeskludi lill-Keith Schembri mill-iskandlu tal-Panama Papers wara li kemm hu kif ukoll il-Ministru Konrad Mizzi inqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama.
Skont Chris Cardona, li kieku dak li qed jingħad dwar il-kumpanija sigrieta fil-Panama tal-Prim Ministru u martu hu minnu, l-każ kien jinkixef meta faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers.
Min-naħa tiegħu mistoqsi minn Net News dwar l-iskandlu tal-kumpanija Egrant, il-Ministru Edward Scicluna qal li żbalji jsiru…
Dwar ir-rapport li sar mill-FIAU dwar Pilatus Bank li fih l-FIAU semma numru ta’ irregolaritajiet u li l-Awtorità dwar is-Servizzi Finanzjarji ma għamlet xejn, il-Ministru Scicluna wieġeb hekk….
Dan kien it-tieni każ fl-aħħar jiem, minn meta ħarġu l-iżviluppi dwar il-kumpanija Egrant. Dan hekk kif il-ġimgħa kien aggredit ġurnalist ieħor tat-Times of Malta, Jacob Borg.
//= $special ?>FILMAT: Ġurnalist tat-Times aggredit fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet ta’ Konrad Mizzi