Ftit tal-minuti oħra, il-kantanta Maltija Amber se tkun qed tkanta f’Barclaycard Arena, Birmingham l-Ingilterra, propju qabel il-kunċert ta’ Bruno Mars.
F’kummenti esklussivi lil Netnews.com.mt, Amber qalet li tinsab eċitata ħafna peress li llejla se tkun qed tkanta quddiem madwar 15-il elf persuna li se jattendu l-kunċert ta’ Bruno Mars. Filfatt, fil-filmat Amber tispjega li bħalisa għaddejjin l-aħħar preparamenti mil-lat tekniku sabiex illejla kollox imur kif pjanat. Fl-isfond ta’ dan kollu mijiet ta’ persuni diġà qegħdin fil-kju jistennew sabiex jidħlu fl-Arena kif jixhed dan ir-ritratt:

Bħalissa Bruno Mars qiegħed jagħmel tour madwar d-dinja bl-isem ta’ 24K Magic.


Għalkemm din hi l-ewwel opportunità li fiha Amber se tkun qed tkanta fl-istess Arena u fl-istess lejl ma’ artist b’fama internazzjonali daqs Bruno Mars, din mhux se tkun l-ewwel darba li Amber se tkun kantat quddiem numru hekk kbir ta’ nies. Filfatt, il-kantanta Maltija kienet ukoll irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision ta’ sentejn ilu permezz tal-kanzunetta ‘Warrior’. Apparti minn hekk, Amber kellha wkoll l-opportunitá li tkanta quddiem eluf kbar ta’ nies waqt il-kunċert tal-Isle of MTV tas-sena l-oħra.

Minbarra d-diversi kunċerti li l-kantanta Maltija ħadet sehem fihom, lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, Amber nediet l-ewwel studio album tagħha matul is-sena l-oħra bl-isem ta’ ‘Redemption’. Apparti minn hekk, aktar tard din is-sena, Amber se tkun qed tiddebutta wkoll f’partijiet differenti fl-Ewropa b’kunċert tagħha stess. F’Novembru li ġej imbagħad se tħabbar l-ewwel single internazzjonali tagħha.
//= $special ?>