Il-Qorti illum ċaħdet it-talba li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat. Dan wara l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ħarġet dettalji dwar eluf ta’ flus li għaddew għand Egrant, li allegatament hija kumpanija li sid tagħha tidher Michelle Muscat.
Il-Prim Ministru innota li l-Qorti ma laqgħetx it-talba biex il-libell li sar fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia jinstema’ b’urġenza.
Fi stqarrija tal-Gvern intqal li d-demokrazija u s-saltna tal-liġi għandha tkun osservata minn kulħadd u tgħodd għal kulħadd l-istess.
//= $special ?>