Lokali

Il-vapur navali Taljan San Giusto f’Malta

Dan il-vapur jagħmel parti mill-grupp ta’ vapuri li qed imexxi forza ta’ operazzjoni navali fil-Mediterran u li jagħmel parti mill-Operazzjoni Sophia.

Il-vapur Navali Taljan San Giusto daħal il-port il-kbir ilbieraħ. Dan il-vapur huwa il-‘flagship’ ta’ operazzjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran bl-isem ta’ Operazzjoni Sophia.

Operazzjoni Sophia hi missjoni tal-Unjoni Ewropea li l-għan tagħha huwa li tnaqqas l-immigrazzjoni u t-traffikar tal-persuni. Apparti minn hekk, din l-operazzjoni Ewropea se tkun qed taħdem sabiex jonqsu l-imwiet tal-persuni fil-baħar Mediterran.

Interessanti l-fatt li din l-operazzjoni ingħatat l-isem ta’ Sophia. Dan wara li nhar l-24 ta’ Awwissu 2015, twieldet tarbija mis-Somalja u ngħatat l-isem ta’ Sophia abbord wieħed mill-vapuri navali Ġermaniż waqt operazzjoni bħala parti mill EUNAVFOR MED.