Waqt li l-Ħamis filgħaxija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien qed jindirizza laqgħa tal-kumitat, tkellem dwar il-mument ikrah għal pajjiżna, fejn bl-aġir tal-Gvern Laburista, immexxi minn Joseph Muscat u l-klikka ta’ madwaru, qed jagħmlu ħsara irreparabbli lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
Simon Busuttil għamilha ċara li din mhix kwistjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista, imma bejn is-sewwa u l-ħażin. Mhix kwistjoni ta’ bejn aħmar u blu, imma ta’ verità kontra d-diżonestà.
Hu għalhekk li qal li l-Partit Nazzjonalista ingħaqad ma’ kull min hu ta’ rieda tajba, inkluż min mhux Nazzjonalist, biex flimkien ġiet iffurmata forza nazzjonali kontra l-korruzzjoni.
Min-naħa tiegħu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma tal-Partit, Beppe Fenech Adami, qal li waqt li l-Partit Laburista jgħaddi messaġġi ta’ vjolenza, il-Partit Nazzjonalista se jirrispondi bil-kap tiegħu, Simon Busuttil.
Qal li l-avvenimenti tal-aħħar jiem qed juru li s-sewwa qed jerġa’ jirbaħ. Aħna partit tal-ħaddiema, iddikjara Beppe Fenech Adami, u hu għalhekk li fl-ewwel ta’ Mejju qed jiġi organizzat mass meeting f’San Ġiljan.
Tħabbar li l-Partit Nazzjonalista se jorganizza wkoll maratona ġbir ta’ fondi għal nhar il-Ħamis li ġej, filgħaxija, bl-għan li jkollu l-għodda biex jaffaċċja l-elezzjoni ġenerali.
Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>