Is-sid ta’ Pilatus Bank Seyed Ali Sadr Hasheminejad dalgħodu reġa’ ntlemaħ fil-bini tal-Qorti hekk kif NET News jinsab infurmat li Ali Sadr kien mitlub jerġa’ jmur il-Qorti għat-tieni darba f’jumejn.
Ilbieraħ, Ali Sadr dam numru ta’ siegħat il-Qorti, jiġi mistoqsi mill-Maġistrat inkwirenti li qed jinvestiga l-aġir tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’dak li qed jitqies bħala l-akbar skandlu politiku.
Meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti lbieraħ, Ali Sadr naqas milli jgħid jekk iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, għandux kont bankarju f’Pilatus Bank. Madanakollu, ilbieraħ filgħaxija stess ġie żvelat minn Caruana Galizia li kemm Keith Schembri kif ukoll Brian Tonna għandhom kumpaniji f’Pilatus Bank.
FILMAT: Sid il-bank Pilatus ma jweġibx jekk Keith Schembri u Aliyev għandhomx kontijiet jew le
Ritratt fuq: Meħud it-Tnejn 24 ta’ April 2017 malli Ali Sadr tfaċċa mill-Qorti wara numru ta’ siegħat
//= $special ?>