Għall-gazzetta tal-General Workers Union (GWU) ‘L-Orizzont’, il-Partit Nazzjonalista huwa bħan-nazzisti ta’ Hitler “li kienu jitterrorizzaw lin-nies bil-kmamar tal-gass” u bħat-terroristi tal-ISIS “li jimmassakraw lil kulħadd mingħajr ħniena”.
L-editur ta’ L-Orizzont Josef Caruana jagħmel dan ix-xebħ minħabba l-kulur iswed fil-bandiera tal-Partit Nazzjonalista, imma jżid li l-Partit Nazzjonalista “huma bħat-terroristi” peress li skont hu, jużaw strateġiji tal-gwerra bħal ma jużaw l-ISIS, fosthom il-gideb u strateġiji li m’humiex leċiti u ġusti.
Skont “il-gazzetta indipendenti ta’ kuljum”, filwaqt li l-ISIS huma “terroristi tradizzjonali” filwaqt li l-Partit Nazzjonalista “huma terroristi medjatiċi”, bl-editur ta’ L-Orizzont jiskredita l-evidenza kollha li ħarġet dwar il-kumpanija ‘Egrant’ bħala evidenza falza u fażulla.
L-editorjal jtemm iqabbel lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil bħala sostenitur tat-terroristi tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>