Futbol Sport

Newcastle promossi għall-Premiership

Plejers ta’ Newcastle jiċċelebraw wara li kisbu l-promozzjoni

Newcastle United huma promossi lura fil-Premier League fl-Ingilterra, wara li t-Tnejn għelbu lil Preston NorthEnd bl-iskor ta’ 4-1.

Huma marru fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti minn Ayoze Perez u ftit wara Jordan Hugill kiseb id-draw għal Preston.

Qabel il-mistrieħ Newcastle marru mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl ta’ Christian Atsu u minn hemm ‘il quddiem u skurjaw aktar permezz ta’ penalty ta’ Matt Ritchie u d-doppjetta ta’ Ayoze Perez.

B’din ir-rebħa Newcastle saħħew it-tieni post tal-klassifika bi 88 punt u issa ma jistgħux jintlaħqu mit-tim li jinsab fit-tielet post.

Brighton qegħdin l-ewwel fil-klassifika taċ-Championship, erba’ punti fuq l-istess Newcastle.