Lokali

Raġel jitlef ħajtu fil-baħar ta’ Bejn il-Kmiemen

Raġel Pollakk ta’ 61 sena tilef ħajtu fil-baħar ta’ Bejn il-Kmiemen (Blue Lagoon) f’Kemmuna. Il-Pulizija rċeviet informazzjoni li kien hemm raġel f’dikkultà għall-ħabta tas-14.20. Irriżulta li raġel ittella’ mill-baħar minn xi nies wara li ntlemaħ mitluf minn sensih f’wiċċ l-ilma.

Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Għassa ta’ Kemmuna u kif ukoll Membri tal-Forzi Armati permezz ta’ lanċa. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna medika minn tabib u tim mediku fuq il-post iżda dan kien kollu ta’ xejn. Huwa ġie ċċertfikat mejjet fuq il-post.

Il-Pulizija mid-distrett t’Għawdex qed tinvestiga dan il-każ.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LLD.

Aktar dettalji ‘l quddiem.

Tags