Internazzjonali

Submarine Amerikan jasal il-Korea t’isfel

Fis-16 ta’ April li għadda, il-Korea ta’ Fuq għamlet test permezz ta’ missila. Wara dakinhar, is-Senat Amerikan huma mistenni li jintaqa’ għada l-Erbgħa sabiex jiġi diskuss x’se jkun qed isir fil-konfront ta’ dan kollu.

Submarine Amerikan jasal il-Korea t’isfel u jnissel tħassib ta’ missila oħra jew test nukleari.

Dan is-submarine jidher li se jkun qed jingħaqad ma’ grupp ta’ vapuri oħra tal-gwerra mmexxi minn Carl Vinson.

Dan kollu qed jiġri fid-dawl ta’ aktar tensjoni li dejjem iktar qed tikber fil-peniżola tal-Korea.

Apparti minn hekk, esperti qed juru wkoll it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li Pyongyang jista’ jkun qed jippjana aktar tests nukleari permezz tal-missilli.