Dak li fil-preżent hu magħruf bħala l-Amsterdam Arena, se jibdel ismu hekk kif il-klabb Olandiż ta’ Ajax ħabbar li l-istadium tagħhom se jibda jkun jismu Johan Cruyff Arena bħala tislima tal-memorja tal-leġġenda Olandiża u ta’ Ajax. L-Olandiżi ħabbru l-bidla wara ftehim bejn il-bord tal-klabb u s-sindku ta’ Amsterdam.
Cruyff miet f’Marzu tas-sena l-oħra wara battalja mal-kanċer. Hu kien parti mit-tim leġġendarju ta’ Ajax li fis-snin 70 rebħu tliet darbiet it-tazza taċ-Champions, u kien strumentali fil-ħolqien tat-total football mal-klabb ta’ Amsterdam u l-Olanda li kienu wasslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1974.
Johann Cruyff wara mexxa lil Ajax u wassalhom għar-rebħ tat-Tazza tat-Tazzi fl-1987, minkejja li kienu Barcelona l-klabb li magħhom rebaħ l-aktar bħala kowċ, fejn rebaħ il-kampjonat Spanjol erba’ darbiet u mexxa lit-tim Katalan għar-rebħ tat-tazza taċ-Champions.
Fi stqarrija, Ajax qalu li l-partijiet konċernati kienu konvinti li b’dan il-mod qed issir ġustizzja mal-memorja ta’ Johan Cruyff, u tennew it-tama li l-Johan Cruyff Arena sservi ta’ ispirazzjoni lill-plejers madwar id-dinja kollha.
Minbarra l-bidla fl-isem tal-istadium, is-sindku u l-persuna responsabbli tal-kunsill iddeċidew li jsemmu triq, pjazza u bridge fil-belt ta’ Amsterdam għal Cruyff. Din l-aħbar issegwi dik ta’ Barcelona, li xahar ilu fis-sena anniversarju tal-mewt tiegħu, ħabbru li se jsemmu l-istadium tat-tim tar-riserva għalih.Premier League,Tomorrow, 21:00pm
//= $special ?>