Lokali

Appoġġ lill-imsieħba soċjali dwar iż-żieda fil-paga minima – Simon Busuttil

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil jindirizza konferenza tal-aħbarijiet

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar tajba li l-imsieħba soċjali waslu fi ftehim għal żieda fil-paga minima.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li kif ilu jgħid fix-xhur li għaddew, la darba dan il-ftehim intlaħaq bejn l-imsieħba soċjali, hu se jkun qed nappoġġjah.

Dan huwa pass li juri maturità kemm mit-trade unions kif ukoll mill-għaqdiet ta’ min iħaddem. Il-ħaddiema bil-paga minima jixirqilhom li l-paga tiżdied.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li jappoġġja dan il-ftehim u jimpenja ruħu li Gvern ġdid Nazzjonalista jwettqu.