L-attakkant Edinson Cavani ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ PSG u se jibqa’ ma’ dan it-tim sal-2020. Il-plejer mill-Urugwaj kien ingħaqad mat-tim Franċiż fl-2013 meta dakinhar kien ħalla lil Napoli.
Ta’ min jiftakar li Cavani, plejer li jilgħab fiċ-ċentru tal-attakk, kellu jilgħab barra mill-pożizzjoni tiegħu minħabba li mat-tim f’dak iż-żmien kien hemm anke Zlatan Ibrahimovic.
Madankollu hu xorta waħda skurja diversi gowls u wara li fis-sajf li għadda Ibrahimovic ħalla lil PSG biex jingħaqad ma’ Man Utd, Cavani beda jilgħab aktar fi rwol ċentrali.
Hu kellu wirjiet mill-aqwa f’dan l-istaġun u f’43 logħba skurja 44 gowl.
B’kollox hu lagħab 192 darba ma’ PSG u sab ix-xibka 125 darba. Ir-rekord tal-aqwa skorer ta’ PSG hu proprju f’idejn Ibrahimovic li skurja 125 gowls. Ma’ PSG Cavani rebaħ il-kampjonat tliet darbiet.
//= $special ?>