Ingħata l-aħħar tislima George Mifsud, li l-Ħadd li għadda tħabbret il-mewt tiegħu, ħabta u sabta.
George Mifsud kellu 68 sena. Ftit jiem qabel kien għadu kemm inħatar Chairman tal-Awtorita’ tax-Xandir. Il-funeral sar fil-Knisja tal-Imsida bil-quddiesa titmexxa minn Fr Joe Borg.
Fl-omelija ingħad kif minħabba l-mewt ta’ xi ħadd li nħobbu ngħaddu minn tbatija, iżda r-realta’ li aħna kollha mistiedna għaliha, George diġa’ beda jgħixha għaliex għaddha għal ħajja ta’ dejjem.
George Mifsud jibqa’ magħruf għall-kontribut tiegħu fil-qasam tal-marketing. Hu kien anke waqqaf il-kumpanija tal-Marketing MPS.
Għall-funeral attendew il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, diversi Membri Parlamentari kif ukoll persuni li jaħdmu fil-qasam tal-marketing u reklamar.
//= $special ?>

