Internazzjonali

Jegħrqu immigranti li pruvaw jaqsmu mit-Turkija għall-Greċja

Għerqu almenu 16 il-immigrant li pruvaw jaqsmu z-zona ta’ baħar li tissepara t-Turkija mill-gżira Griega ta’ Lesbos. Ir-riżultati tat-traġedja – li seħħet wara li d-dgħajsa li kienet qed iġġorr lill-immigranti nqalbet fil-baħar, matul il-lejl tal-Ħadd —  ikkonfermawha l-awtoritajiet lokali, flimkien ma’ sorsi qrib in-Nazzjonijiet Uniti.

Uffiċjali mal-gwardjani tal-kosta taż-żewġ pajjiżi qalu wkoll li xi katavri kienu rkuprati minn territorju tal-Greċja, b’numru ta’ vittmi jinsabu fl-ibħra tat-Turkija.

L-aħħar rapporti sostnew li l-katavri rkruprati kienu jinkludu dawk ta’ żewġt itfal u li kienu‘salvaw żewġ persuni’ – waħda minnhom mara tqila. Il-persuni inkwistjoni, li ġejjin mill-Kamerun u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo, qalu li d-dgħajsa li kienet qed twassal il-vittmi lejn il-Greċja, dak il-ħin, kellha fuqha bejn 20 u 25 persuna.

Mill-2015 ‘il hawn mietu l-mijiet tan-nies li ppruvaw jaqsmu mit-Turkija lejn il-Greċja.