Il-playmaker ta’ Orlando City Kaka hu l-aktar plejer imħallas fl-Istati Uniti b’salarju ta’ £108,000 fil-ġimgħa. Dan ġie żvelat f’rapport li żvela wkoll li numru ta’ plejers Ewropej li qed jilgħabu fl-Istati Uniti huma l-aktar imħallsa f’dan il-pajjiż. Fil-passat Kaka lagħab ma’ Milan.
It-tieni l-aktar plejer imħallas hu Sebastian Giovinco ta’ Toronto li għandu salarju ta’ 5.5 miljun lira fis-sena. Ta’ min jinnota li l-klabb Kanadiż ta’ Toronto għandu żewġ plejers oħra, Michael Bradley u Jozy Altidore, li qegħdin mal-ewwel 10 plejers li huma l-aktar imħallsa fl-Istati Uniti.
Il-koppja ta’ New York City FC Andrea Pirlo u David Villa għandhom £88,000 u £85,000 fil-ġimgħa rispettivament. L-eksplejer ta’ Tottenham u Fulham Clint Dempsey għandu salarju ta’ £58,000 fil-ġimgħa mat-tim ta’ Seattle Sounders.
Ta’ min jinnota li Bastian Schweinsteiger, li riċentament ħalla lil Man Utd biex ingħaqad ma’ Chicago Fire u li magħhom għandu salarju ta’ £80,000.
Filwaqt li diversi plejers li kienu jilagħbu fil-Premiership għadhom qed jirċievu salarji kbar, l-eksplejer ta’ Arsenal u Chelsea Ashley Cole għandu ħamest elef lira sterlina fil-ġimgħa. Ta’ min jiftakar li fl-2006, Cole kien stqarr li kien ferm irrabjat meta l-Gunners offrewlu kuntratt b’salarju ta’ £55,000 fil-ġimgħa.
Fl-aqwa tal-karriera tiegħu Cole kellu £200,000 fil-ġimgħa imma meta ingħaqad ma’ Roma fl-2014 kellu jaċċetta salarju ta’ £35,000 fil-ġimgħa.
//= $special ?>