Kevin Cutajar beda d-diskors tiegħu billi stqarr li l-poplu Għawdxi jinsab wara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Il-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Għawdxi qal li pajjiżna qed jegħreq fil-korruzzjoni. Kevin Cutajar kompla billi qal li jingħad li f’Malta l-korruzzjoni tinxtamm ħierġa minn Kastilja, iżda anki minn ġewwa Għawdex ir-riħa tintenn ta’ korruzzjoni waslet ukoll.
Kevin Cutajar indirizza l-weġgħa kbira tal-Għawdxin, dik tal-ipprivatizzar tal-isptar. Hu stqarr li l-bejgħ tal-isptar sar b’korruzzjoni. Kompla billi rrankonta stejjer li jgħidulu bosta nies li jiltaqgħa magħhom, u li din il-bidla fl-amministrazzjoni fl-isptar marret għall-agħar. Semma’ kif raġel anzjan qed tinqatalu somma ta’ flus mill-pensjoni tiegħu biex ikun jista’ jibqa’ rikoverat fl-isptar. Każ ieħor li ltaqa’ miegħu Kevin Cutajar kien pazjent li għandu l-marda tal-kanċer li għandu bżonn trattament bil-kimo. Minkejja li l-Gvern Laburista qed jgħid li t-terapija bil-kimo huwa servizz offrut f’Għawdex – dan mhuwiex minnu, u mhux sew li apparti r-realta li qegħdin jaffaċċjaw dawn in-nies bit-tbatija tal-marda tal-kanċer, iridu jisimgħu l-gideb tal-Gvern Laburista.
Kevin Cutajar temm jgħid li dan juri kif il-bejgħ tal-isptar t’Għawdex bil-korruzjoni qed jolqot lin-nies fil-laħam il-ħaj.
Il-kandidat Għawdxi wassal messaġġ dirett lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fejn fakkru li meta meta hu leħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista, beda jtambar fuq l-onesta. Kevin Cutajar stqarr kemm hu importanti li tkun onest fil-politika, u issa sar aktar importanti, dan hekk kif għandna xenarju bejn min hu korrot, kontra min hu onest. Il-Partit Laburista ġabna nistħu li aħna Maltin. Kevin Cutajar temm id-diskors tiegħu billi qal li hu jwiegħed il-lealta’ tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista u lejn Simon Busuttil, għaliex Għawdex ra l-ġid taħt il-Partit Nazzjonalista. Kevin Cutajar qal: “Jien rrid nara lilek (Simon Busuttil) bħala Prim Ministru ta’ Malta”.
//= $special ?>