Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, indika li se jxolji l-pjani biex – permezz tas-spending bill ta’ din il-ġimgħa — isib il-finanzjament għall-bini tal-ħajt polemikuż bejn pajjiżu u l-Messiku.
Il-konsulenti ta’ Trump, issa, qalu li l-finanzjament għall-ħajt ‘se jitħalla barra minn miżura tal-baġit’ li jeħtieġ jgħaddi proprju għada.
Il-wiegħda dwar il-ħajt ‘bejn l-Istati Uniti u l-Messiku’ kienet waħda prinċipali li baqgħet tissemma tul il-kampanja tas-sena l-oħra li kien mexxa Trump bħala l-kandidat ewlieni tal-Partit Repubblikan għall-Presidenza.
Intant, id-Demokratiċi f’Washington heddew li jimblukkaw l-abbozz dwar il-baġit f’każ li l-finanzi kellhom ikunu investiti fil-ħajt potenzjali. Għaldaqstant, l-irtirar ( almenu għalissa) tal-pjani dwar il-ħajt jista’ jevita shutdown tal-Gvern Amerikan.
Min-naħa tiegħu, il-President Trump għadu qed jinsisti, permezz ta’ Twitter, li ‘għadu jappoġġja l-kunċett tal-ħajt mal-Messiku’ u li ‘dan il-proġett, maż-żmien, se jkun irrealizzat’. Skont ir-rapporti, Trump, jiem ilu, kien informa lill-membri tal-istampa konservattiva, waqt laqgħa privata, li jista’ jkun dispost biex jiffinanzja dan l-ħajt ‘aktar ‘il quddiem fis-sena’.
//= $special ?>