#muscatgate Lokali

“Lill-Kummissarju jiġġudikah min għandu jiġġudikah” – Jose’ Herrera

Il-Ministru Jose’ Herrera qal li lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jiġġudikaħ min għandu jiġġudikaħ wara li dam ma aġixxa dwar l-iskandlu ta’ Pilatus Bank.

Il-Ministru Herrera qal li skont hu mhux kull darba li jkun hemm allegazzjoni il-Kummissajru tal-Pulizija għandu jaġixxi. Hu qal li kull min kellu suspett dwar xi reat seta’ jirreferi l-każ fil-Qorti.

 

Dwar l-attitudni tal-Kummissarju tal-Pulizija, li mar fenkata flok mar jinvestiga, il-Ministru Jose’ Herrera qal li għandhom  jiġġudikaw in-nies.

Dakinhar waqt li s-sid tal-Bank Pilatus u persuna ohra dehru ħerġin bil-bagalji, il-kummissarju flok jinvestiga kien qiegħed jiekol il-fniek l-Imġarr.