Chris Said beda d-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-Għawdxin għall-merħba tant sabiħa li taw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Sannat. Din il-folla, stqarr Chris Said, tagħtina l-kuraġġ niġġieldu ix-xibka ta’ ħażen. “Dak li qed jiġri f’pajjiżna huwa xokkanti u gravi ħafna”. Chris Said stqarr li minkejja li ħarġu numru ta’ fatti, għandna Prim Ministru li jibqa’ jiċħed kollox anki meta affaċċjat bil-provi. Chris Said faħħar l-għaġir tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil hekk kif dan lbieraħ ressaq il-provi quddiem l-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta.
Id-deputat Għawdxi Chris Said qal li l-Partit Labursita kellu għażla li jiċħad kollox u jtawwal sal-elezzjoni ġenerali, jew inkella jammetti l-involviment tiegħu fl-iskandlu mondjali tal-Panama Papers. “Kieku ammetta li l-kumpanija Egrant hi ta’ martu, Joseph Muscat m’għadux Prim Ministru, u spiċċat il-karriera politika tiegħu. Il-Prim Ministru għażel li jibqa’ jiċħad, itawwal, u jipprova jirnexxielu li jtawwal sa wara l-elezzjoni – biex jirbaħ u wara jgħid li l-poplu tah il-fiduċja allura jintesa kollox”, qal Chris Said u wara qal li dak li qed jagħmel il-Prim Ministru Joseph Muscat qed iħalli l-ħsara fuq Malta.
Chris Said qal li dak li qed jiġri llum huwa agħar minn dak tan-1998. Kompla billi qal li anki jekk ninsew dak li ġara matul din l-aħħar ġimgħa, ħadd ma jista’ jmeri dak li ġara f dawn l-aħħar erbgħa snin. Fid-diskors tiegħu qal li ftit aktar minn sena ilu ġie żvelat l-iskandlu internazzjonali tal-Panama Papers – u rriżulta li l-aktar persuni qrib tal-Prim Ministru Joseph Muscat kelhom kumpanija fil-Panama. “Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu għażla ċara, fejn seta’ jneħħi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri, iżda għalfejn ma neħħihomx? Għaliex kien kompliċi magħhom. Issa reġa’ kellu opportunita’ oħra biex ineħħihom, din il-ġimgħa – iżda dawn għadhom hemm – b’hekk ikompli jikkonferma kemm hu kompliċi magħhom”.
Chris Said qal li għandna fatt ieħor quddiemna, dak li Konrad Mizzi indaħal fix-xiri taż-żejt, fejn anke l-Awditur Ġenerali qal li bl-indħil dirett ta’ Konrad Mizzi inxtara ż-żejt mingħand il-Gvern tal-Ażerbajġan mingħand il-President Aliyev, u minħabba dan il-ftehim tal-Gvern Laburista tlifna 14-il miljun ewro f’sena waħda. Chris Said staqsa fejn marru l-kickbacks ta’ dawn l-14-il miljun ewro?
Imbagħad l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fakkar fil-bini tal-monument tal-korruzjoni – il-Power Station tal-Electrogas. Chris Said qal li l-kumpaniji involuti f’dan il-proġett huma Siemans u Socar; żewġ kumpaniji bi storja ta’ korruzzjoni.
Il-Pilatus Bank, li fetaħ ftit xhur wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013 – fi żmien meta kien hemm is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fuq b’interess partikolari fuq Iranjani u St Kitts and Naives. Kompla billi stqarr li Joseph Muscat u l-klikka tiegħu kellhom bżonn dan ċ-Chiarman tal-bank tal-Pilatus, għax riedu jiftħu kont. Għalhekk meta sabu banek serji li ma aċċettawx flushom, sabu s-soluzzjoni billi fetħu bank hawn Malta.
Chris Said qal “Fuq Għawdex għandna l-iskandlu tal-uniku sptar pubbliku f’Għawdex. Tafu min kien involut fil-bejgħ? Dan il-bejgħ għamlu l-Ministur Konrad Mizzi waħdu. Bilfors iqumu l-mistoqsijiet jekk hux għaddej tixħim minn taħt ta’ dan il-ftehim. Fil-bejgħ ta’ dan l-isptar hemm ħafna mistqosijiet li għadhom ma ġewx imwieġba qatt. Ċert li dan id-deal jinten, u li dan il-każ għandu jiġi investigat – u meta l-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern għandhom jittieħdu passi biex dan l-isptar jerġa’ jsir pubbliku”.
Chris Said għamel l-appell lill-istituzzjonijiet, biex jagħmlu dak li huma obbligati li jagħmlu. Qal li jekk l-istituzzjonijiet se jkunu qed ikpmplu jaħbu lil dawn, huma se jkunu kompliċi. “Dan l-appell ma jistax isir lill-Kummissarju tal-Pulizija, dan hekk kif Lawrence Cutajar huwa kompliċi wara n-nuqqas ta’ azzjoni. Inħoss li għandi nagħmel appell lill-Awditur Ġenerali, u nappella lill-FIAU u MFSA. Jekk mhux se jittieħdu l-passi immedjati hemm possiblita’ li dak li ħdima fuq 25 sena għalih, is-settur se jbagħti.” Chris Said appella wkoll lill-Kummissarju tat-Taxxi, biex jaħbi dak li jkun daħħal b’mod ilelgali u ma jħallasx taxxi.
Chris Said temm jgħid li ħammiġtu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, għaldaqstant qal lill-folla preżenti biex ma jħallux min iħammġilna pajjiżna. Fakkar fil-kliem li preveda l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li taħt il-Partit Laburista tistħi tgħid li int Malti.
“Qatt ma kellna każ fejn il-korruzjoni ħierġa minn fuq nett ta’ Kastilja” temm jgħid Chris Said.
//= $special ?>