Malta tilfet post ieħor fil-klassifika tal-pajjiżi kif tħares lejha Reporters without Borders… għal mod kif l-istat jitratta lill-ġurnalisti.
Malta issa tinsab fis-sebgħa u erbgħin post ta’ din il-klassifika. Qabel Malta hemm it-Taiwan u r-Rumanija.
Fost ir-raġunijiet li ngħataw hemm li ġurnalisti u entitajiet tal-media li normalment ikunu ordnati jħallsu spejjeż esaġerati f’dawk li huma libelli u hemm possibiltà wkoll ta’ sentenzi ta’ priġunerija.
Reporters without borders qalet li politiċi qed jirrikorru għal-libelli f’każ li jinkixfu stejjer fil-konfront tagħhom.
Din l-għaqda rreferiet għal mod kif il-kont bankarju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kien iffriżat minn membru tal-Gvern wara li żvelat dettalji kompromettenti dwar mministru tal-Gvern, referenza għal Ministru Chris Cardona.
Semmew ukoll il-liġi li kienet proposta biex siti elettroniċi jirreġistraw mal-gvern liema proposta wasslet għal kritika qawwija fil-konfront tal-Gvern.
//= $special ?>