Il-kriżi politika f’Malta waslet ukoll sal-Parlament Ewropew. Dan hekk kif Manfred Weber, iċ-Chairman tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, sejjaħ sabiex il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat jispjega l-qagħda politika f’Malta wara li f’dawn l-aħħar jiem sar magħruf li jinsab investigat b’rabta mal-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti tal-Panama.
Weber kien qed jitkellem waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew fi Brussell dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija fil-preżenza tal-PM Ungeriż Viktor Orban. Manfred Weber qal li Viktor Orban qatt ma ħarab mid-dibattitu u dan jikkuntrasta mal-aġir tal-Prim Ministri Soċjalisti tar-Rumanija u ta’ Malta
Iċ-Chairman tal-Grupp tal-PPE fakkar li bħalissa Joseph Muscat jinsab taħt investigazzjoni u għandu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Ħadd li għadda, il-Partit Popolari Ewropew sejjaħ għar-riżenja ta’ Muscat.
Iktar tard intervjeniet ukoll fid-dibattitu l-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola
//= $special ?>