Dalgħodu seħħ inċident fil-Baħrija, fl-inħawi ta’ Ras ir-Raħeb li fih kien involut raġel li weġġa’ gravi, bi tractor, waqt li kien qed jaħdem f’għalqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:25am. Ir-raġel involut fl-inċident hu anzjan ta’ 71 sena residenti r-Rabat
Mill-ewwel fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa A Vella LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
//= $special ?>

