Sport Sport Ieħor

Se titwaqqaf l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Teqball

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum ġie ntrodott l-isport tat-Teqball, sport forsi ġdid li iżda qed jiżdied ferm fil-popolarita’ tiegħu speċjalment fl-Ewropa.

Issa mistennija wkoll tkun imwaqqfa assoċjazzjoni bil-għan li tibda torganizza l-kampjonat nazzjonali.
Gabor Bortsanyi u Viktor Haszar żewġ eksplejers tal-futbol li vvintaw din il-logħba huma determinati li jagħmlu din il-logħba fost l-iktar sport popolari fid-dinja.

Il-logħba hi sempliċi ħafna iżda mhux faċli biex tilgħabha daqs kemm jidher. Il-logħba tintlgħab fuq medja simili bħal dik tat-table tennis, iżda b’żewġ kurvaturi fit-tarf u minflok in-net hemm perspex.

Il-logħba li tista’ tintlgħab kemm fuq bażi individwali u kemm doubles tintlgħab bir-ras, u bis-sieq b’massimu ta’ three touch fejn tilgħab il-ballun tal-football size 5 fuq in-naħa tal-avversarju.
Ir-regolamenti jistipolaw li player ma’ jistax imiss il-mejda b’idu u l-anqas jolqotha b’xi parti minn ġismu. Ir-rebbieħ ta’ kull logħba jkun determinat fuq bażi ta’ l-aħjar minn tliets set ta’ 12 -il punt kull sett.

Borsanyi u Haszar qalu li sa issa twaqqfu xejn inqas minn 20 assoċjazzjoni minn madwar id-Dinja fejn uffiċjalment issa twaaqqfet ukoll il-federazzjoni internazzjonali tat-Teqball li se tkun qed tibda ll-proċess sabiex taffilja ruħha mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Intant il-plejer Yuri de jesus Messias ta’ Naxxar Lions u l-eksplejers internazzjonali Malti tal-Futsal Laszlo Hassosy intgħażlu bħala ambaxxaturi sabiex iħajru players Maltin jibdew jipprattikaw dan l-isport.

L-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ dan l-Isport se ssir fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju f’Bupapest fl-Ungerija.