Il-Kummissarju tad-Dixxiplina ssospenda logħba kull wieħed tmien plejers tal-kampjonat BOV Premier wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-plejers huma Alan da Silva Souza (Balzan), Miguel Alba (Birkirkara), Srdan Dimitrov (Birkirkara), Sebastian Nayar (Floriana), Karl Micallef (Ħamrun Spartans, Pedro dos Santos Calcado (Mosta), Daren Falzon (Pembroke), Ziga Kastrevec (St. Andrews).
Alan da Silva Souza u Karl Micallef se jitilfu l-partita importanti għat-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat bejn Balzan u Ħamrun Spartans, filwaqt li Ziga Kastrevec se jitlef il-partita ta’ St. Andrews kontra Hibernians.
Miguel Alba u Srdan Dimitrov se jitilfu l-partita li l-Istripes għandhom kontra Gżira u Sebastian Nayar u Pedro dos Santos Calcado mhux se jilagħbu l-logħba bejn Mosta u Floriana. Daren Falzon se jitlef il-logħba ta’ Pembroke Athleta kontra Sliema Wanderers.
//= $special ?>