L-ewwel reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat wara dak żvelat ilbieraħ dwar tixħim liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembr, l-ewwel reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat kienet li jirredikola s-sitwazzjoni u jsib refuġju fix-‘shredder’.
Ilbieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żvela kif għaddew €100,000 f’kont jew kontijiet bankarji ta’ Keith Schembri mingħand il-kumpanija sigrieta ta’ Brian Tonna Willerby Trade fil-British Virgin Islands.
Fl-ewwel opportunità li kellu biex jagħti reazzjoni dwar iċ-Chief of Staff tiegħu, il-Prim Ministru minflok għażel li jirredikola s-sitwazzjoni, anke jekk id-dettalji li ġew żvelati jwasslu għal sentenzi ta’ ħabs fuq korruzzjoni, tixħim u ħasil tal-flus.
Mistoqsi dwar jekk hux se jħabbar elezzjoni ġenerali, Muscat qal li dik hija ‘prerogattiva tiegħu’.
Ilbieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sejjaħ għall-arrest ta’ Keith Schembri quddiem dettalji li żvela dwar dan it-tixħim.
//= $special ?>