Bil-moħbi tar-residenti, art barra miż-żona tal-iżvilupp u iktar minn hekk skedata fis-Swieqi qed tinqered billi fl-aħħar ġimgħat trakk wara l-ieħor tefa’ radam f’din iż-żona.
Ir-radam għolla t-triq bi kważi żewġ filati, u mhux biss qered żona li twassal sa binja abbandunata, imma wkoll inħolqot żona li tista’ tintuża għal parkeġġ madwar l-istess villa.
B’hekk twesset trejqa qalb il-kampanja biex issa saret kważi triq għal żewġ karozzi, f’parti minn Wied Għomor li issa sservi ta’ estensjoni għal Triq il-Kaffis, fiż-żona magħrufa bħala Victoria Gardens.
Biex it-trakkijiet ikunu jistgħu jgħaddi darba wara l-oħra, saħansitra tqaċċtet ħarruba għal kważi nofs dik li kienet qabel. Dan meta wieħed għandu bżonn permess imqar biex siġra protetta bħal din tinżabar.

Dan kollu seħħ bil-moħbi ta’ kulħadd. Transport Malta ma kinux infurmati u l-Kunsill Lokali sar jaf biss wara li kien informat minn residenti. Immedjatament intalbet azzjoni mill-awtoritajiet, fil-post mar Enforcement Officer tal-Awtorità tal-Ippjanar imma sa ġimgħa wara l-Kunsill Lokali ma ġie nfurmat b’xejn.
Ta’ min jinnota wkoll li l-binja abbandunata li din it-triq ġdida twassal għaliha, kien ilha b’notifika ta’ infurzar għall-aħħar għaxar snin, iżda f’daqqa waħda u b’mod misterjuż dan sparixxa.
//= $special ?>


