Is-sit elettorniku LovinMalta.com għandu f’idejh dokument mir-Reġistru tal-Kumpaniji fil-Panama illi jgiddeb lil Brian Tonna ta’ NexiaBT dwar min huma is-sidien ta’ Egrant. Dan wara li fl-aħħar jiem il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia allegat li mart il-Prim Ministru Joseph Muscat hija sid f’din il-kumpanija sigrieta.
L-investigazzjoni ta’ dan is-sit qed issir mill-ġurnalist Chris Peregin. Fuq Facebook, hu qal li dan ir-rapport qed isir biex fl-aħħar mill-aħħar toħroġ il-verita’. “Din hi storja li tweġġa'”, sostna Peregin.
Brian Tonna, l-accountant li jinsab fiċ-ċentru ta’ dan l-iskandlu ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus, qal li Egrant hija tiegħu. Iżda naqas milli jġib provi li ma hemmx shares li huma tal-kumpaniji Dubro u Aliator – il-kumpaniji assoċjati ma’ Michelle Muscat.
LovinMalta jirreferi għal MuscatGate bħala “skandlu li heżżeż pajjiż sħiħ”.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>