Sport Sport Ieħor

ASMK – Brian Mascari jirbaħ id-Demolition tal-karozzi żgħar

Nhar il-Ħadd li ġej l-ASMK se tkompli bil-kampjonat bis-sezzjoni tat-Trials. Dawn se jikkompetu fit-tielet kompetitzzjoni min dan l-istaġun. Il-programm tal-Ħadd jibda fid-9am.
Intant il-Kumitat Eżekuttiv iddeċida li l-Finals Autocross li ma sarux il-Ħadd 9 ta’April issa ser isiru nhar is-Sibt li ġej bl-ewwel finali tibda fit-3pm.
Il-finalist fil-Klassi Modified huma Gordon Johnson, Malcom Borg, Philip Joe Vella u Terence Azzopardi kollha fuq Opel Corsa, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Ryan Scicluna, Karl Micallef, Godfrey Gauci, Jonathan Vella u Noel Vella kollha fuq Ford Fiesta, Matthew Borg fuq Vauxhall Nova u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106.

Fil-Klassi Standard ikkwalifikaw Johann Vella fuq Opel Nova, Karl Scicluna, Quin Camilleri u Angelo Galea kollha fuq karozzi Peugeot 106, Deane Farrugia fuq Citroen AX u Nicovich Chircop fuq Peugeot 206.

Jitkompla l-kampjonat tal-Motocross
Il-Ħadd 9 ta’April l-Assoċjazzjoni organizzat il-ħames programm mill-Kampjonat Motocross bi 18 il-kompetitur maqsuma f’erba’ klassijiet. Fi Klassi A l-aħwa Camilleri iddominaw din il-klassi bi Clayton Camilleri fuq KTM jispiċċa jirreġistra l-ewwel rebħa tiegħu f’dan l-istaġun.
Dan kien segwit minn ħuh Kyle Camilleri fuq KTM. L-aħwa Camilleri kienu segwiti minn l-aħwa Muscat fejn fit-tielet post daħal Trevor Muscat fuq KTM filwaqt li Paul Muscat fuq KTM spiċċa l-ġurnata fir-raba’ post.
Fi Klassi B Ryan Faenza fuq Yamaha rebaħ din il-klassi segwit minn Daniel Caruana fuq Honda filwaqt li fit-tielet post spiċċa Adrian Bonnici fuq Yamaha. Fi Klassi C Michael Sant rebaħ din il-klassi fuq mutur Honda u kien segwit minn Joseph Azzopardi fuq Yamaha filwaqt li fit-tielet post daħal Christopher Hartmann fuq mutur KTM.
Fil-Klassi tal-Veterani Paul Deguara fuq mutur KTM rebaħ din il-klassi u kien segwit minn Jethro Sant fuq Yamaha filwaqt li fit-tielet post spiċċa William Sant fuq mutur Suzuki.

Suċċess għal Mascari
Il-Program spiċċa bid-Demolition Derby tal-karozzi żghar (sa 4 metri) fejn f’din l-edizzjoni ħadu sehem 15 il-karozza misjuqa minn Jason Magro fuq Skoda kif ukoll Mauro Cassar, Stefan Farrugia, Jonathan Abela, Christian Cremona u Adrian Bonnici kollha fuq Skoda.
Karl Mizzi fuq VW Polo, Aaron Brydon fuq KIA, Leo u Frank Butler it-tnejn fuq Mazda, Wayne Mallia fuq Subaru, Brian Mascari fuq Peugeot 205, Clint Farrugia fuq Lada, Larkin Butler fuq Suzuki Swift, Christian Agius fuq Daihatsu u Charles Falzon fuq Renault.
Matul din it-taqtija fl-aħħar vjaġġ ta’ dawn il-karozzi qabel imoru kollha għal ħadid scrap dawn daru żewġ dawriet mal-korsa fejn eżatt wara, bdiet mill-ewwel id-Demolition Derby fejn għat-18 il-minuta li damet din id-Demolition, dawn il-karozzi mhux ikbar min erba’ metri (13 il-pied) sa fejn kellhom ħila jwasslu l-vettura taħdem minkejja il-ħbit volontarju skont regolamenti stretti waqt it-tiġrija.
It-taqtigħa spiċċat bejn Brian Mascari fuq Peugeot 205 u Larkin Butler fuq Suzuki Swift u kien Mascari li ħareġ rebbieħ.
Id-demolition li jmiss mistennija ssir fis-17 ta’ Diċembru.