Futbol Sport

Cassano lest biex jirritorna

Cassano

L-attakkant Taljan Antonio Cassano qal li hu lest biex fl-istaġun li ġej jirritorna għal logħob wara li f’Jannar li għadda kien ingħata r-release mingħand Sampdoria.

Hu ilu ma jilgħab staġun sħiħ minħabba li qabel ma ngħata r-release kien sfurzat jittħarreġ mat-tim tal-youths.

Cassano qal li matul dawn ix-xhur straħ kemm felaħ u issa qed jibda jaħseb biex fis-sajf isib klabb u jibda jipprepara biex ikun lest biex jilgħab.

“Jekk nara li minix kapaċi nilgħab fl-ogħla livell nirtira. Kelli offerti miċ-Ċina u mill-Istati Uniti imma jien nixtieq nibqa’ nilgħab fl-Italja. Kelli diskussjonijiet ma’ diversi klabbs fosthom Pescara, Palermo, Crotone, Entella u Verona,” qal Cassano.