Malta tinsab fl-aħħar post, jiġifieri l-agħar fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea, f’dak li għandu x’jaqsam mal-istudenti li jħallu l-iskola kmieni (early school leavers). Dan joħroġ minn statistika tal-Eurostat.
Skont id-dettalji ppubblikati fl-aħħar sigħat, pajjiżna jinsab fil-qiegħ tal-lista bi 19.6% tal-istudenti li jħallu l-iskola kmieni. Din l-istatistika tikkunsidra lil żgħażagħ ta’ eta bejn it-18 u l-24 sena.
23.1% tal-early school leavers f’Malta kienu rġiel, waqt li 15.8% kienu nisa. Għall-kuntrarju, madwar l-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ early school leavers naqas. Sal-2020, pajjiżna jrid iniżżel dan il-persentaġġ negattiv għal 10%, inkella jaffaċċja sanzjonijiet.
Għall-kuntrarju, l-aħjar huma l-Kroati, fejn wieħed isib biss 2.8% tal-istudenti li jitilqu mill-iskola kmieni.
//= $special ?>

