Futbol Sport

Futbol – Pachuca jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs

It-tim Messikan ta’ Pachuca rebaħ il-CONCACAF Champions League meta fil-finali għeleb lil, tim ieħor Messikan, Tigres UANL, bi skor ta’ 2-1.

Grazzi għal din ir-rebħa Pachuca saru l-ewwel tim li ikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs li se ssir f’Diċembru li ġej fl-Emirati Għarab Magħquda.

Fit-3 ta’ Ġunju jkun magħruf it-tim Ewropew li se jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs meta dakinhar, f’Wales, ikun magħruf ir-rebbieħ taċ-Champions League.