Wara l-appell li kien għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil biex min għandu kull tip ta’ informazzjoni dwar l-aġir tal-Gvern kienu l-ħafna li għaddew informazzjoni dwar diversi każijiet fejn hemm involuti membri tal-Gvern.
Il-Kap tal-PN qal li dan kollu jikxef li għandna gvern li ma jistax ikompli jmexxi lil dan il-pajjiż. Huwa rringrazzja lill-media kollha tax-xogħol siewi li qed tagħmel biex toħroġ il-verità, kemm dik tal-Partit Nazzjonalista u kif ukoll il-media indipendenti.
Simon Busuttil tkellem ukoll dwar il-każ żvelat illum minn Times of Malta u qal li s’issa għadu mhux ċar fuq liem każ, l-FIAU, kienet qed tinvestiga lil Keith Schembri. Huwa qal li dan il-punt għadu jrid ikun iċċarat.
Huwa għalaq l-intervista billi ħeġġeġ in-nies biex jattendu bi ħġarhom il-Mass Meeting ta’ nhar it-Tnejn li ġej, fil-bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan.
//= $special ?>