Zammit Rodney attwalment qed iħejji għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Dan il-weekend tar lejn Udine, fl-Italja, biex jikkompeti fil-35 Trofeo Internazzionale Judo «Citta ‘di Tolmezzo”. Zammit kien akkumpanjat minn Jeremy Saywell, li bħalissa qed jirkupra minn operazzjoni, u Giorgi Kaldani. Kaldani huwa kowċ kwalifikat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo (IJF) u atleta Ġorġjan ta’ livell għoli, li bħalissa qiegħed f’Malta bħala sparring partner u kowċ għat-taħriġ personali ta’ Rodney. Il-Federazzjoni ħadet l-opportunità ta’ dan il-kampjonat biex tniedi 2 atleti żgħażagħ, Clive Camilleri u Lara Castillo, fuq ix-xena internazzjonali barra minn xtutna. 506 atleti minn 8 pajjiżi ħadu sehem f’din l-attivita li saret fuq 2 ijiem fuq 4 tatami.
Rodney Zammit kkontesta l-60kgs li kellha 6 Judoka. Fl-ewwel logħbha, Zammit ttieħed b’sorpriża mill-Awstrijak Manuel Wiesler li uża teknika ta’ fgar u għalhekk Zammit kellu jċedi. Iżda Zammit kien determinat li kien ser iġib midalja lura d-dar. Huwa mar lura fuq it-tapit u rebaħ il-midalja tal-bronż bi stil, wara li strangola lit-Taljan Luciano Alessio u għalhekk Luciano kellu jċedi. L-isparring partner ta’ Rodney, Giorgi Kaldani, kkontesta t-73kgs li kellha 9 partecipanti. Kaldani wera superjorità tiegħu u l-esperjenza,, meta rebaħ lit-3 avversarji tieghu f’inqas minn minuta, u rebaħ il-midalja tad-deheb.
Iż-Żgħażagħ Clive Cammileri u Lara Castillo kkontestataw l-Espoir-60kgs (17 atleti) u l-Cadet -57kgs (9 atleti) rispettivament. Lara Castillo bdiet l-ġurnata b’mod eċċezzjonali meta hi tefgħet lit-Taljana Versolatto b’Ura Nage (tarmi lura) massiva. Għas-semifinali, Castillo kien imissa kontra lis-Slovena Barad, li rnexxielha tippinja lil Castillo fl-art u mbagħad kompliet biex rebħet id-deheb. Il-logħba għal-midalja tal-bronż tagħha kienet kontra Slovena oħra, iżda għal darb’oħra, n-nuqqas ta’ esperjenza internazzjonali tat vantaġġ lill-avversarji tagħha u b’hekk Castillo sfat fil-5 post.
Clive Camilleri, student ta’ l-Iskola Nazzjonali ta’ l-Isport, rebaħ l-ewwel logħba tiegħu b’2 Wazari (tarmi lill-opponenti b’kontroll u preċiżjoni, iżda mhux sal-punt ta’ Ippon), u mbagħad ikkontrolla l-avversarju għall-bqija tal-logħba sakemm rebaħ. L-inesperjenza tal-Espoir tagħna kien ċar f’dawn il-logħob meta Camilleri tilef il-kwarti finali u l-logħba fir-repêchage li tipproċedi għall-Bronż bi żbalji żgħar li taw l-opportunità lill-avversarji tiegħu biex jipproċedi fil-pool.
Kollox ma’ kollox, dan il-kampjonat kien ta’ suċċess: Zammit ġej lura b’midalja, b’aktar esperjenza u aktar determinazzjoni għall-logħob li jmiss, u ż-żgħażagħ kellhom l-ewwel togħma ta’ logħob barra minn xtutna, u issa għandhom iktar għatx għal iktar training u logħob ta’ livell għoli.
Kollox ma’ kollox, dan il-kampjonat kien ta’ suċċess: Zammit daħal lura b’midalja, b’aktar esperjenza u aktar determinazzjoni għall-logħob li jmiss, u ż-żgħażagħ kellhom l-ewwel togħma ta’ logħob barra minn xtutna, u issa għandhom iktar għatx għal iktar training u logħob ta’ livell għoli. Grazzi speċjali tmur lejn Jeremy Saywell li kellu ukoll l-ewwel esperjenza tiegħu bħala maniġer tat-tim. Huma għamel xogħol eċċellenti billi jrnexxielu jżomm it-tim iffukat waqt li kkordina x-xogħol kollu tal-karti u l-kompiti maniġerjali.
//= $special ?>