#muscatgate Lokali

Il-gvern Malti jonqos li jippreżenta dokumenti quddiem il-kumitat PANA

Il-President tal-Kumitat ta’ Inkjesta tal-Parlament Ewropew dwar il-Panama Papers ħabbar li l-Gvern Malti naqas li jippreżenta dokumenti mitluba mill-istess kumitat.

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa qal li hu inaċettabbli li l-gvern ikompli b’din is-sitwazzjoni problematika anki f’livell Ewropew u sostna li issa din laħqet livelli inaċettabbli.

David Casa kompla li f’dawn ir-rivelazzjonijiet ġodda, li jkunu miżjuda mal-allegazzjonijiet ta’ qabel, il-parlament Ewropew għandu jpoġġi din il-kwistjoni fuq l-aġenda tiegħu. Kif wera b’determinazzjoni fil-passat, il-Parlament Ewopew hu fuq in-naħa taċ-ċittadini Ewropej u hu dejjem lest li jieħu pożizzjoni f’isimhom.

Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, kien għal dab’oħra mistoqsi biex jidher quddiem il-Kumitat dwar il-Panama Papers fis-sessjoni pelnajra li saret fi Strasburgu fit-18 ta’ Mejju.