Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv illejla, l-Partit Nazzjonalista approva 5 kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, biex b’hekk it-total ta’ kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni li jmiss issa tela’ għal 93.
Il-kandidati ġodda huma Ruben Teeling, Ray Bugeja, Maria Deguara, Edward Torpiano u David Stellini.
F’kummenti dwar dan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil filwaqt li rringrazzja lill-kandidati ġodda għall-impenn tagħhom, qal “Il-forza nazzjonali li twieldet nhar il-Ħadd li għadda qed tkompli tikber. Il-familji Maltin u Għawdxin qegħdin jingħaqdu f’forza tal-poplu li se tagħti lura lill-poplu Malti u Għawdxi pajjiż li jixraqlu,” qal Simon Busuttil.
//= $special ?>