#muscatgate

Jiddispjaċini li Gvern soċjalista bħali qed jaġixxi b’dan il-mod – Ana Gomes, MEP Soċjalista

Is-Soċjalista Ana Gomes tkellmet mill-ġdid, dwar l-iskandlu Panama Papers u Malta.

Frank Psaila, permezz tal-programm Iswed fuq l-Abjad għamel kuntatt mal-MEP Soċjalista u staqsiha għar-reazzjoni tagħha dwar dak li qed jiġri f’Malta u jekk Joseph Muscat u Konrad Mizzi għandhomx jidhru quddiem il-Kumitata Pana.

Hi sostniet li jisddispjaċiha li tara Gvern Soċjalista li qed jaġixxi hekk. Sostniet li għadha tittama li l-Gvern jagħti spjega tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama lil Kumitat Pana li qed jinvestiga dan l-iskandlu.