#muscatgate Lokali

Keith Schembri jigdeb dwar kollox

Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru

Akkużat b’reati kriminali li jistgħu jwasslu sa 18-il sena ħabs, dalgħodu, ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, flok mar iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u jispjega għemilu, għażel li juża ħinu biex jidħol fuq is-sit tal-Partit Nazzjonalista u japplika bħala voluntier.

Biex mingħalih jitmejjel bin-nies li jsegwuh fuq Facebook, Keith Schembri tefa’ post b’kopja ta’ email awtomatika li tinħareġ lil kull min japplika biex ikun voluntier mal-Partit Nazzjonalista.

Iżda, li ma qalx Keith Schembri hu li kien hu stess li applika fuq is-sit tal-Partit Nazzjonalista biex jissieħeb bħala voluntier (kif jidher fl-istampa mehmuża). Anke fuq din gideb Keith Schembri.

Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista hu miftuħ għal diversi persuni biex joffru l-ħin tagħhom bħala voluntiera, l-bieb għal Keith Schembri hu magħluq.

Il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jidħol fis-sit www.pn.org.mt u www.forzanazzjonali.com biex jirreġistra mal-Partit Nazzjonalista. Minn naħa l-oħra, Keith Schembri jista’ jibqa’ kompliċi ma’ Joseph Muscat.