#muscatgate Lokali

KONFERMA: Keith Schembri għandu jiġi investigat

Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru
L-FIAU talbet lill-Pulizija jinvestiga liċ-Chief of Staff ta' Joseph Muscat

Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar irriżenja mill-kariga ġurnata wara li l-aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus, l-FIAU, irrakkomandat aktar investigazzjonijiet dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Dan kien żvelat mit-Times of Malta f’artiklu fl-ewwel paġna intitolat ‘FIAU asked police to probe Keith Schembri.’

Ir-rapport tal-FIAU kien għadda għand il-Pulizija ftit qabel April tas-sena 2016 meta saret ir-reshuffle fil-Kabinett meta Konrad Mizzi kien tneħħa minn Ministru tas-sahha u tal-enerġija imma xorta baqa’ Ministru fil-Kabinett.

Dan kien sehh fid-dawl ta’ dak li kien żvelat fil-Panama Papers li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri li inqabdu li kellhom kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Għalkemm l-FIAU tista’ tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha, imma tiddependi mill-Pulizija biex ikomplu jinvestigaw u jibdew proċeduri kriminali jekk ikunu meħtieġa.

Meta t-Times ikkuntattjat lil ex Kummissarju Michael Cassar qal li ħadd ma jista’ jwaħħal ftih li l-ġPulizija naqsu li jinvestigaw dak li żvela r-rapport tal-FIAU minħabba li l-għada li l-Pulizija ircevew ir-rapport tal-FIAU hu ma baqax jifforma parti mill-korp tal-Pulizija u minfloku inħatar Lawrence Cutajar, il-Kummissarju prezenti.

Il-Pulizija minn dak iż-żmien iddikjaraw li ma kienx hemm suspett raġjonevoli biex jinvestigaw lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.