Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriżi fi stqarrija ħeġġet lill-politiċi għal stabilità politika.
Dan qalitu b’reazzjoni għall-ahhar zviluppi politici fil-pajjiz.
Il-Kamra qalet li l-aħħar żvillupi qed ikunu ta’ tħassib għall-bosta u appellat għal stabilità biex ma tibqax issir ħsara lill-pajjiż.
Hija qalet li l-Mexxeja tal-Partiti jafu sew li l-kamra dejjem tħares l-interess tal-pajjiż, kif suppost kulħadd għandu jagħmel. Hija għalhekk tħossha fir-responsabbiltà li tappella għal stabilità biex dan l-episodju ma jġibx inċertezza ekonomika.
Hija qalet li dan l-episodju aktar qed iġġib dell ikrah fuq Malta u huwa kruċjali li reputazzjoni ta’ Malta ma titħammiġx, u li l-politiċi jkunu bilgħaqal, għax dan ifisser li jaf iħalli effett negattiv fuq l-ekonomija Maltija.
//= $special ?>