#muscatgate Lokali

AĠĠORNATA: “Provi bomba” ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni

Ir-rapport fl-Awstralja
New Zealand kellha tbiddel il-liġijiet minħabba l-iskandlu serjissimu li faqqa' f'Malta

Il-media fl-Awstralja qed issegwi mill-qrib dak li għaddej bħalissa f’Malta dwar MuscatGate, bil-ġurnal Australian Financial Review jgħid illi bħalissa għaddejja injesta fuq provi serji – “explosive claims of money laundering and corruption”.

Il-ġurnalist awtorevoli Neil Chenoweth jikteb illi f’Malta l-Maġistrat Aaron Buġeja qed jinvestiga l-akkużi ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus, u s-somom kbar li għaddew fil-kumpanija sigrieta Egrant mill-familja Aliyev tal-Ażerbajġan.

“L-akkuża hi li Leyla Aliyeva għaddiet aktar minn $1.5 miljun lil uffiċjali għoljin tal-gvern Malti, inkluż il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat”.

L-istess artiklu jagħmel analiżi dettaljata tal-Bank Pilatus illi twaqqaf f’Malta f’Diċembru 2013. Fil-fatt, il-ġurnalist Awstraljan jispjega kif Pilatus jagħmel l-akbar ammont ta’ negozju ma’ personaġġi li huma marbuta mar-reġim brutali tal-Ażerbajġan. Hemm ukoll it-tifel tad-Dittatur tal-Angola li issemma’ f’din l-istorja kollha.