Tkompli l-Maratona ġbir ta’ fondi fuq Net TV, ix-xandira speċjali bdiet fis-sitta ta’ filgħaxija. Matul dawn ix-xandiriet is-semmiegħa u t-telespettaturi jistgħu jċemplu biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom.
Għall-Pajjiż li Jixraqlek. Dan hu l-messaġġ li l-Partit Nazzjonalista qed iwassal għand il-poplu Malti u Għawdxi fid-dawl tal-aħħar allegazzjonijiet fl-iskandlu MuscatGate.
Għal dan il-għan, illum qed tkun organizzata Maratona biex jinġabru fondi ħalli l-Partit Nazzjonalista jinvesti fil-mezzi kollha tiegħu u jsaħħaħ il-messaġġ tiegħu biex jasal għand in-nies.
Il-Maratona bdiet fis-sitta u nofs ta’ filgħodu fuq Radio 101 u tibqa’ sejra tul il-ġurnata kollha bis-sehem tal-preżentaturi Deputati, kandidati u uffiċjali tal-Partit.
Iż-żewġ xandiriet jinkludu diversi intervisti ma’ Deputati u Kandidati tal-Partit Nazzjonalista, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-Kap tal-Partit Simon Busuttil u l-Viċi Kapijiet, Mario de Marco u Beppe Fenech Adami.
Il-Partit Nazzjonalista qed iħeġġeġ lin-nies biex ikomplu jingħaqdu fil-Forza Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni.
Tistgħu tagħtu d-donazzjonijiet online fuq: www.ForzaNazzjonali.com