Lokali Qorti

Żewġ messaġġiera li jaħdmu l-Qorti jiġu investigati

Żewġ messaġġiera li jaħdmu l-Qorti qed jiġu investigati mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech wara li rriżulta li għal xi raġuni mhux magħrufa ħbew proċess ta’ kawża kriminali pendenti.

Il-movimenti taż-żewġ messaġġiera ġew maqbuda mis-sistema ta’ sigurtà li hemm il-Qorti.

Immedjatament ġew mgħarrfa kemm il-Pulizija kif ukoll il-Maġistrat tal-Għassa.

Iż-żewġ messaġġiera se jiġu sospiżi skont il-liġi.