Lokali

Appell minn Michael Briguglio biex l-Alternattiva Demokratika tingħaqad mal-Forza Nazzjonali

Appell mill-eks Chairman tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio biex l-Alternattiva Demokratika tingħaqad fil-Forza Nazzjonali għal żewġ raġunijiet.

L-ewwel raġuni hi dik li tinħoloq forza demokratika nazzjonali biex jingħeleb il-partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Qal li l-Partit Laburista ġie hijacked mill-klikka tal-Panama Papers u l-korruzzjoni qed tiddetermina l-istil ta’ governanza. Malta qed taffaċja kriżi kostituzzjonali u qed tinqered il-fiduċja fl-istituzzjonijiet fosthom il-Pulizija.

It-tieni raġuni hi dik li kandidati tat-tielet partit jista’ jkollhom iċ-ċans li jiġu eletti fil-Parlament. B’hekk ma jkunx hemm voti li jkunu moħlija u dan il-fatt iserraħ moħħ il-votanti. Dan jista’ jwassal ukoll biex il-voti ma jkunux maqsuma għall-vantaġġ tal-Gvern Laburista.

Briguglio qal li l-Alternattiva Demokratika jekk ma tingħaqadx mal-partit l-oħra hemm ċans li titlef r-relevanza tagħhha.

Briguglio qal li jikkonferma li hu mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss imma se jgħin biex din il-forza tirbaħ għal ġid ta’ Malta.