#muscatgate Lokali

FL-AĦĦAR ĦIN: Il-whistleblower tixhed dwar Egrant

Il-whistleblower fl-iskandlu Muscatgate xehdet taħt ġurament quddiem il-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta kriminali dwar l-istejjer ta’ korruzzjoni, tixħim u ħasil tal-flus b’involviment tal-klikka korrotta f’Kastilja.

Dan ġie żvelat fil-ħin li għadda mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li qalet li l-whistleblower minn jeddha ddeċidiet li tmur tixhed quddiem il-Maġistrat. Hi marret illum u damet tixhed madwar tlett siegħat.

Il-whistleblower hija l-persuna li għaddiet l-informazzjoni lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fost din l-informazzjoni kien hemm dokumenti u provi li jikkonfermaw li l-kumpanija sigrieta ‘Egrant’ hija tal-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħalef b’Alla li qed jgħid il-verità u li ma kienx qed jigdeb.